• Żgħażagħ Lijani – Tradizzjoni li Tgħix Fina

    Aħna grupp ta’ żgħażagħ minn Ħal Lija li naħdmu flimkien biex inwasslu ħajja komunitarja aktar vivaċi, impenjata u mimlija tradizzjoni. Norganizzaw attivitajiet għall-komunità, ngħinu fil-festa u fl-inizjattivi parrokkjali, u noħolqu spazju fejn iż-żgħażagħ jistgħu jikbru flimkien – fil-ħbiberija, fil-fidi u fis-servizz lejn ir-raħal tant għażiż għalina.

  • Editorjali

    Dan l-ispazju editorjali huwa l-ispazju tagħna għall-ħsieb, il-kelma u l-espressjoni. Hawnhekk, il-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ Lijani jaqsmu r-riflessjonijiet tagħhom dwar il-ħajja f’Ħal Lija, l-esperjenzi fil-komunità, il-festa, il-volontarjat u l-proġetti tagħna. L-editorjal jagħtina leħen bħala żgħażagħ, u joffri lilkom qari li jispira, jinforma u juri l-passjoni tagħna għal komunità aktar ħajja, aktar magħquda u mimlija valuri.

  • L-eżekuttiv

    It-tmexxija tas-Sezzjoni Żgħażagħ Lijani hija f’idejn tim żagħżugħ u dedikat li jmexxi l-attivitajiet, il-proġetti u l-viżjoni tagħna. L-eżekuttiv tagħna jaħdem biex jagħti direzzjoni, joħloq opportunitajiet u jżomm l-ispirtu ta’ servizz u komunità ħaj f’kull ma nagħmlu

    Il-president

    Damian Micallef

    Is-segretarja

    Jaelle Borg

    Il-kaxxier

    Matthew Calleja



  • Ingħaqdu magħna!

    Ingħaqdu magħna fil-mixja tagħna biex nagħmlu lil Ħal Lija komunità aktar ħajja, magħquda u mimlija enerġija żagħżugħa. Jekk għandek int żgħazugħ jew żgħażugħa u tixtieq tkun parti minn tim kreattiv u dedikat, agħfas hawn taħt u skopri kif tista’ tingħaqad, tagħti s-sehem tiegħek u tkun parti mill-ispirtu uniku tas-Sezzjoni Żgħażagħ Lijani.

  • Opinjonijiet Qosra

    Ara x'jaħsbu n-nies fuqna u fuq dak li nagħmlu

  • Ibgħatilna hawn !

    Jekk tixtieq tistaqsi xi ħaġa jew inkella tixtieq tingħaqad magħna ibgħatilna hawn taħt :)